Kronaka
25 persuna arrestati wara li nqabdu bid-droga waqt attivitajiet ta’ divertiment

Iżjed ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Vizzju tad-Droga matul dan il-lejl, wasslet għall-arrest ta’ 25 persuna ta’ nazzjonalitajiet varji, kif ukoll Maltin, li l-età tagħhom tvarja bejn 17-il sena u 42 sena.

L-imsemmija persuni ġew arrestati b’konnessjoni ma’ sejbiet ta’ droga li rriżultaw minn tfittxijiet li saru għall-għarrieda waqt attivitajiet ta’ divertiment fil-limiti tar-Rabat, Malta. Fost id-droga li nstabet kien hemm kokajina, ħaxixa tal-Cannabis, pilloli ecstasy u ketamina.

Fost il-25 persuna arrestati, kien hemm erba’ persuni, Serb ta’ 37 sena residenti San Pawl il-Baħar, Russu ta’ 21 sena residenti Gwardamanġa, Malti ta’ 28 sena residenti Ħal Qormi u tfajla ta’ 17-il sena residenti Ħal Tarxien, li ġew arrestati b’konnessjoni ma’ sejba ta’ madwar ħamsin pillola ecstasy f’ċirkostanzi li juru li kienu lesti biex jiġu traffikati fl-istess lejl.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u wħud mil-persuni arrestati mistennija jitressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Persuna ħadet xokk elettriku illum waranofsinhar f’maħżen tal-Karnival fil-Marsa. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ għall-ħabta tal-16:05. Fuq il-post issejħet ambulanza iżda l-kundizzjoni tal-persuna mhux magħrufa.

Kultura

L-aġenzija nazzjonali tal-wirt kulturali, Heritage Malta ċaħdet li t-Tempji tal-Imnajdra li huma fil-lista tal-wirt dinji, ser jilqgħu fihom kunċert u party bis-sehem ta’ DJ ta’ fama internazzjonali. Heritage Malta qalet…

Kronaka

Sirjan ta’ 25 sena sofra ġrieħi gravi wara li sofra xi ħruq ikkawżati minn fjamma li ħarġet huwa u jbiddel ċilindru tal-gass. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:20 fi Triq is-Sibbien f’Marsaskala,…

Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Aktar