25 proġett għall-A+ Accessibility Scheme

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità rċieva 25 applikazzjoni minn kunsilli lokali għall-iskema intitolata A+ li għandha l-għand li żżid u tippromwovi l-aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità fil-komunità fejn jgħixu.

Il-Kunsilli Lokali li ssottomettew proġett biex jagħmlu lokal tagħhom iżjed aċċessibbli, riedu jissottomettu proġett ta’ aktar minn €3,000 Ewro. Il-kunsill rebbieħ se jkun qiegħed jieħu is-somma ta’ €25,00. Il-Kunsill li jiġi it-tieni post jieħu is-somma ta’ €15,000, filwaqt li l-kunsill li jiġi t-tielet post se jieħu s-somma ta’ €8,000. Dawn il-fondi li se jiġu allokati lill-Kunsilli rebbieħa fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru li ġej, proprju l-ġimgħa ddedikata lill-persuni b’diżabilità mis-Segretarjat Parlamentari respettivi.

Il-kunsilli li ssottomettew il-proġett tagħhom, huma l-Birgu, il-Fgura,  il-Furjana, Ħal Balzan, Ħal Għargur, Ħal Għaxaq, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, l-Imqabba, Marsaskala, il-Mosta, il-Mellieħa, in-Nadur, Tal-Pietà, ir-Rabat Għawdex, is-Sannat, San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema, is-Swieq, il-Belt Valletta, ix-Xagħra Għawdex, ix-Xewkija Għawdex, iż-Żejtun u ż-Żebbuġ Għawdex.

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Quddiem il-Maġistrat Marseanne Farrugia llum bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-każ ta’ John Paul Woods li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia u li ħeba l-katavru tagħha. Ir-raġel kien wieġeb…

Sajd

Kważi sena u nofs minn maltempata qawwija li ħalliet ħerba f’diversi nħawi tal-pajjiż, il-gvern ħabbar li qed jalloka miljun ewro għal skema ta’ kumpens finanzjarju lil sajjieda li l-bastimenti tagħhom…

Qorti

Raġel ta’ 50 sena qed ikun akkużat, fost oħrajn, li stupra lis-sieħba ripetutament u li ħa xbiehat ta’ natura sesswali tagħha bil-ħsieb li jheddidha bihom. Huwa qed jiċħad l-akkużi. Ir-raġel tressaq…

Kronaka

Raġel ta’ 51 sena li jgħix is-Siġġiewi qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar. Il-Pulizija kienu infurmati bl-inċident fi Triq il-Katakombi għall-ħabta tal-10.00am. Il-Pulizija tad-Distrett…

Aktar