Lokali
25 proġett ta’ restawr fiż-żona tat-tlett ibliet u l-Kalkara

Bejn din is-sena u s-sena li ġejja fiż-żona tat-tlett ibliet u l-Kalkara se jkunu qed isiru mal-25 proġett ta’ restawr varji fosthom fuq il-Forti Ricasoli, s-swar ta’ Santa Margerita u l-Cottonera Lines. Iċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Kottonera Glenn Bedingfield qal li din l-istrateġija li tfasslet minn nies tal-Kottonera stess għandha l-għan li toħloq opportunitajiet ġodda ta’ investiment u impjieg.

Il-Mitħna ta’ San Ġwann t’Għuxa f’Bormla, restawr fil-koppla u l-kampnar tal-Knisja ta’ San Filippu fl-Isla, Santa Margerita lines fil-Birgu u fir-raħal ġar tal-Kalkara fis-swar u strutturi fortifikati fl-akbar Fortizza fl-Ewropa, l-Forti Ricasoli huma fost il-25 sit li se jiġu restawrati f’dawn is-sena u n-nofs mid-Direttorat tar-Restawr. Dan ser ikun possibli b’investiment ta’ madwar €7,600,000 bħala parti mill-istrateġija tal-Fondazzjoni Kottoner.

Iċ-Ċerman tal-Fondazzjoni Kottonera Glenn Bedingfield qal ma’ Television Malta li din l-istrateġija għal Kottonera ġiet mfassla mir-residenti tal-cottonera infushom wara konsultazzjoni pubblika wiesgħa li saħansitra inkludiet studji xjentifiċi. Qal li r-restawr huwa mifrux u jinkludi wkoll niċeċ fit-toroq, knejjes, swar u mtieħen fost l-oħrajn. “Aħna kburin ħafna bil-patrimonju li għandna f’din iż-żona u rridu li mhux biss nipprezerwah iżda noħolqu opportunitajiet ġodda inkluż ta’ impjieg u xogħol diċenti għan-nies tagħna.”

Spjega li x-xogħlijiet fuq is-swar ta’ Santa Margerita, il-Cottonera Lines u l-Fortizza ta’ Ricasoli se jkunu qed jassorbu l-parti l-kbira tal-fondi għar-restawr. Is-Sur Bedingfield kompla jgħid li l-Gvern huwa impenjat biex il-Kottonera ta’ għada tkun aħjar minn tal-bieraħ. Qal li din iż-żona mimlija patrimonju kulturali li issa se tkun qed tingħata l-attenzjoni li verament jixraqilha.

Aħbarijiet Oħra

Il-viżjoni li tixpruna l-programm li tħejja għall-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv taħseb biex tegħleb l-isfidi tal-Covid-19, bl-organizazzjoni ta’ 400 attività bis-sehem ta’ 320 artist u 17-il għamla ta’ arti…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar