Lokali
264 mara mixlija bi vjolenza domestika fi 8 xhur

Aktar minn 250 mara tressqu l-Qorti akkużati bi vjolenza domestika mill-bidu tas-sena 2021 sal-aħħar ta’ Awwissu li għadda.

Dan joħroġ minn tweġiba li ta l-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri lid-deputat Beppe Fenech Adami, li staqsa kemm tressqu l-Qorti mill-Pulizija persuni akkużati bir-reat ta’ vjolenza domestika mill-1 ta’ Jannar li għadda.

Il-Ministru Camilleri qal li mill-ewwel tas-sena sal-31 ta’ Awwissu li għadda tressqu l-Qorti 1,085 persuna akkużati bi vjolenza domestika. Żied, li minn dawn 264 kienu nisa u 821 kienu rġiel.