COVID-19
27 każ ġdid ta’ Covid-19, 19 oħra mfejqa, l-ebda mewt

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 27 każ ġdid ta’ Covid-19 minn 1,636 ‘swab test’.

Tħabbar ukoll li fl-istess waqt fiequ 19-il persuna, biex issa l-każijiet attivi huma 288. Fl-aħħar 24 siegħa lanqas ma kienet irrappurtata mewt ta’ xi ħadd bil-Covid-19.

In-numru ta’ persuni li issa ħadu l-virus mindu feġġ f’Marzu 2020 tela’ għal 30,381 waqt li dawk li fiequ telgħu għal 29,677.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 346,951 doża tal-vaċċin, b’109,933 minnhom kienu t-tieni doża.