27 skola jieħdu l-premju internazzjonali tal-Bandiera l-Ħadra għall-ħidma favur l-ambjent

Għal sena oħra, għadd ta’ skejjel ġew ippreżentati bil-bandiera l-ħadra li tagħraf il-ħidma li wettqu favur l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli. Il-bnadar jingħataw mill-Fondazzjoni għall-Edukazzjoni fuq l-Ambjent li f’Malta hi rappreżentata minn Nature Trust.

Rappreżentanti tal-istudenti, għalliema u kapijiet ta’ skola li matul is-sena ħadu sehem fil-programm edukattiv u ambjentali Eko-Skola ngħataw l-premju internazzjonali tal-Bandiera l-Ħadra għall-impenn tagħhom biex itejbu l-ambjent fl-iskola fl-aħħar sentejn. Tmien skejjel ħadu rikonoxximent ukoll talli pparteċipaw fil-programm Learning About The Forests (LEAF).

Ir-rikonoxximent ingħata lil 27 skola kemm tal-Gvern u tal-Knisja f’ċerimonja organizzata minn Nature Trust li tikkordina l-programm tal-fondazzjoni għall-edukazzjoni ambjentali. Numru ta’ studenti li pparteċipaw taw rendikont  tal-esperjenza tagħhom fl-eko skola. Tkellmu fost oħrajn dwar il-ħarsien tas-siġar u nnutaw li għadhom jittieħdu deċiżjonijiet li jtellfu l-biodiversità. Huma qalu li se jibqgħu jaħdmu biex jittieħdu dejjem deċiżjonijiet favur żvilupp sostenibbli.

Il-President Marie Louise Coleiro Preca raddet ħajr l-istudenti li huma attivi fis-soċjetà u li mhux qed jiddejqu jitkellmu dwar dak li jixtiequ  jaraw fil-pajjiż. Saħqet li l-ambjent huwa misluf lilna mill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna u jpoġġu fuqna responsabiltajiet kbar.

Il-President tan-Nature Trust Vince Attard qal li n-Nature Trust se tibqa’ tinvesti biex iktar studenti jkollhom iktar għarfien ambjentali.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ġie arrestat wara li pprova jwettaq hold-up f’Ħaż-Żabbar iżda sab reżistenza. Il-Pulizija qalet li l-każ seħħ għall-ħabta tat-8.10pm fi Triq il-Kbira, meta raġel mgħammad u armat daħal fil-ħanut u…

Lokali

Il-faċilitajiet tal-films fir-Rinella se jingħataw dehra aħjar b’xogħlijiet ta’ manutenzjoni li se jtejjbu l-infrastruttura tal-faċilitajiet. Fl-istess waqt, f’intervista ma’ TVM l-Kummissarju tal-Films, Johann Grech, qal li l-inċentivi fiskali mħabbra fil-budget…

Kronaka

Raġel ta’ 29 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular u nofs fiż-Żejtun. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.00 ta’ waranofsinhar fi Triq l-Isqof Antonio Zahra. Ir-raġel,…

Lokali

Il-Kummissjoni Elettorali ser tibda l-provi aħħarin fuq is-sistema elettronika tal-għadd tal-voti li ser tbiddel radikalment il-mod kif kienet tinħoloq l-istennija għar-riżultat tal-elezzjonijiet. Is-sistema elettronika ser tintuża għall-ewwel darba fl-appuntamenti elettorali…

Aktar