Lokali
Jinżamm arrestat wara li nqabad bi droga kokaina u kważi €5,000 f’kontanti

Raġel ta’ 27 sena, inżamm taħt arrest preventiv wara li dalgħodu tressaq il-qorti mixli li bi traffikar ta’ droga kokaina.

Huwa ġie arrestat ilbieraħ mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’Ħal Qormi. Waqt tfittxija li saret fil-karozza tiegħu, instabet sustanza suspettata droga kokaina u kważi €5000 fi flus kontanti.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfredo Mangion.