COVID-19
28 l-isptar bil-Covid-19, 2 minnhom fl-ITU

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 38 każ ġdid ta’ Covid-19.

Tħabbar ukoll li fiequ 43, biex b’hekk in-numru ta’ każi attivi tal-Covid issa huwa ta’ 745.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 28 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, li 2 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

In-numru tal-vittmi baqa’ 446, wara li ma kienx hemm iktar imwiet ta’ persuni pożittivi għall-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 803,975 doża tat-tilqima, li 1,796 kienu boosters.