Lokali
28 tarbija twieldu bl-IVF is-sena li għaddiet

Is-sena li għaddiet twieldu 28 tarbija, 13-il tifel u 15-il tifla, bil-proċess tal-IVF, li wħud minnhom kienu minn ċikli li saru fl-2016.  Dan joħrog mir-rapport annwali tal-Awtorità għall-Promozzjoni tal-Embrijun li tpoġġa fuq il-medja tal-Kamra tad-Deputati.

Fir-rapport jingħad ukoll li mistennija jitwieldu 36 tarbija oħra minn ċikli li saru s-sena li għaddiet, biex b’hekk it-trabi li twieldu bl-IVF minn ċikli li saru s-sena l-oħra mistenni jkun ta’ 64 tarbija.

Is-sena li għaddiet saru 304 ċikli tal-IVF li minnhom 75 biss saru fil-privat u l-bqija saru fl-isptar Mater Dei. Dawn wasslu għal 66 tqala li sa dan l-istadju timmarka rata ta’ suċċess ta’ ftit inqas minn 22%.

Mir-rapport tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun joħroġ li minn dawn is-66 tqala kien hemm, 12-il mara li sofrew korriment, 22 kellhom tarbija waqt li 32 oħra għadhom qed jistennew li jitwieldu.

Mir-rapport joħroġ li miċ-ċikli kollha li saru 2016, twieldu 62 tarbija oħra li jfisser li l-proċess tal-IVF kellu suċċess ta’ ftit aktar minn 20%.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku u lill-veterani tal-flotta rjali Ingliża biex il-Ġimgħa li ġej jattendu għall-attività msejħa ‘memory box’ fl-istess forti li l-Ingliżi kienu iqisuh daqs li kien bastiment fil-Port…

Lokali

Is-servizz tat-Telecare reġa’ qed jopera wara li aktar kmieni kien sospiż. Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva flimkien mad-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità rringrazzjaw lill-operatur tal-impenn…

Saħħa

Intlaħaq ftehim bejn Steward Healthcare u l-MUMN dwar id-Dipartiment tal-Fiżjoterapija fl-Isptar San Luqa. Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa ntqal li wara intervent mid-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, saret…

Aktar