Lokali
29 film fid-disa’ edizzjoni tal-Malta Short Film Festival

L-iskeda tas-sajf ta’ Television Malta ser terġa’ tagħti l-ispazju biex jintwerew kważi tletin film qasir minn 14-il pajjiż li qed jieħdu sehem fid-disa’ edizzjoni tal-festival tal-films qosra. Fl-istess waqt tħabbar li f’Settembru li ġej se jsir Malta Film Expo bil-għan li din l-industrija tal-films f’pajjiżna tkompli tissaħħaħ.

L-iscreens ta’ TVM, mill-5 ta’ Lulju sal-aħħar ta’ Settembru ser juru 29 film b’temi differenti li din is-sena qegħdin jikkompettu fil-festival tal-films qosra waqt li ġurija professjonali ser tkun qed tagħmel l-evalwazzjoni tagħhom. Dan il-festival kulturali jagħti spazju lil produtturi tal-films biex juru l-ħila kreattiva tagħhom fl-arti tal-film.

Joyce Grech, il-produttur tal-festival qalet li din is-sena hemm sottomissjonijiet interessanti minn Malta u minn 13-il pajjiz ieħor mill-Ewropa, Awstralja u l-Istati Uniti.

“Il-konkorrenza tajba ħafna, u din is-sena għandna films romantiċi, komiċi, ideali għat-telespatturi li qatt ma jaraw film qasir,” qalet Joyce Grech.

Wieħed mill-produtturi tal-films qosra huwa Roy Davidson li pproduċa film qasir fuq id-dinja ta’ taħt il-baħar, miġbud f’Ras il-Ħobż f’Għawdex.

Huwa qal, “I want to get my film scene, educating people about what’s in the beautiful scene around us.”

Il-Ministru għall-Ġustizzja u Kultura Owen Bonnici qal li l-Gvern qed ikompli jsaħħaħ l-industrija tal-films, b’fondi lil produtturi artistiċi. Huwa qal li l-Kunsill Malti għall-Arti għamel ftehim ta’ tliet snin biex jappoġġa dan il-festival. Ħabbar ukoll li f’Settembru se ssir għall-ewwel darba Malta Film Expo li l-għan tagħha hu li tqanqal interess u diskussjoni fuq l-industrija tal-films f’pajjiżna.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Inqas minn tliet xhur wara li ġie fi tmiemu s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, eluf ta’ żgħażagħ qed jinġabru fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-Papa Franġisku jasal il-Panama għada bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħqu…

Ikel

Fl-isfond tal-kontroversja li bdiet wara s-servizz tal-aħbarijiet ta’ TVM mal-Imam Mohammad Elsadi, dwar il-qtil tal-annimali bir-ritwal Musulman, komplejna nsegwu l-kwistjoni. Mhux eskluż li l-qtil tal-annimal bis-sistema tal-halal, għalkemm mhux isir…

Trasport

Is-sidien tal-pompi tal-petrol bdew b’azzjonijiet industrijali minħabba nuqqas ta’ ftehim mal-Gvern dwar it-talba għal żidiet fil-qligħ tagħhom. L-azzjoni ewlenija hi li l-pompi mhux se joffru s-servizz mill-magni awtomatiċi wara s-sitta…

Familja

Matul is-sena li għaddiet kien hemm xejn inqas minn 1,303 koppji li żżewġu fuq cruise liner li jtajjar il-bandiera Maltija. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija tad-Deputat…

Aktar