COVID-19
29 fl-isptar minħabba l-Covid-19, 2 fl-ITU

Fl-Isptar Mater Dei hemm 29 persuna li qed jirċievu l-kura minħabba l-Covid-19.

Minnhom 2 jinsabu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

Dan jirriżulta mill-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija fil-pajjiż.

Minnu joħroġ li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 41 każ ġdid waqt li fiequ 29.

B’hekk il-każijiet attivi huma 772. L-imwiet baqgħu 445.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 800,572 doża tal-vaċċin li minnhom 530 kienu l-booster.