COVID-19
29 każ ġdid tal-COVID-19 f’Malta, ifiqu 4 persuni

Fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 29 każ ġdid tal-COVID-19 f’Malta u fiequ 4 persuni. Dan ifisser li bħalissa hawn 440 każ attiv.

Fl-aħħar aġġornament mediku, il-Ministeru għas-Saħħa qal li tliet każijiet tal-lum kienu mill-Isptar Monte Karmeli, tnejn oħra ħarġu minn cluster li beda f’Paceville, 5 każijiet huma ta’ qraba ta’ persuna li kellhom il-COVID-19, każ ieħor b’rabta ma’ każ magħruf fuq il-post tax-xogħol, il-bqija huma sporadiċi. Dawn il-każijiet ħarġu wara li saru 1,882 swab test.

Ftit ċifri b’rabta mal-COVID-19 f’Malta juru li s’issa kien hawn 1,141 każ ta’ din l-imxija. B’kollox fiequ 692 persuna.

U fl-isfond tas-sitwazzjoni prezenti tal-COVID-19, tħassret ukoll l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Airshow Internazzjonali ta’ Malta. L-organizzaturi tal-Airshow qalu li d-deċiżjoni ttieħdet wara d-deċiżjoni tal-Gvern biex jitħassru attivitajiet tal-massa. Is-Soċjetà tal-Avjazzjoni Maltija li torganizza dan l-avveniment, qalet li qed tistenna risposta mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex il-ftehim tal-airshow għal din is-sena jiġġedded għas-sena d-dieħla.

OFFICIAL COVID-19 figures for 11•08•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Gepostet von saħħa am Dienstag, 11. August 2020

Sadattant, l-impatt tal-pandemija tal-COVID laqat ukoll is-saħħa mentali. L-Alleanza għas-Saħħa Mentali qalet fi stqarrija li l-helpline mwaqqaf apposta biex jagħti assistenza psikoloġika rċieva 2,100 telefonata bejn Marzu u dan ix-xahar. L-alleanza qalet li dan juri li n-nies mhux biss tibża mill-fattur fiżiku jekk tiġi infettata, iżda jidħlu wkoll inċertezzi oħra li jħassbu lin-nies. L-Alleanza qalet li l-iżvilupp tas-servizzi mentali fil-komunità huwa pass fid-direzzjoni t-tajba iżda appellat għal investiment biex jitjieb is-servizz tal-inpatient u għall-taħriġ lill-istaff u biex is-servizz tas-saħħa mentali jkun jista’ jinfirex iżjed.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar