Barranin
29 tifel u tifla jinqatlu f’attakk mill-ajru fil-Yemen

Fil-Yemen mill-anqas 29 tifel u tifla nqatlu u mat-30 oħra ndarbu f’attakk militari mill-ajru li sar mill-koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija. Dan qalitu s-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar. It-tfal kienu qed jivvjaġġaw fuq xarabank u kienu fi triqithom lejn is-suq ta’ Dahyan li jinsab fit-Tramuntana tal-Provinċja ta’ Sada.

Il-Ministeru tas-Saħħa qal li n-numru tal-mejta huwa ferm aktar u mistenni jlaħħaq it-43 persuna u mas-60 oħra li sfaw midruba.

Il-Gvern tal-Yemen qal li l-attakk kien wieħed ġustifikat għax jinsab fi gwerra mal-grupp magħruf bħala Houthis. Il-Gvern qal li huwa qatt ma jattakka nies ċivili u huma l-gruppi tad-drittijiet tal-bniedem li qed jakkużawh b’dan.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fi Sri Lanka mill-inqas mitt ruħ inqatlu u mijiet oħra ndarbu kawża ta’ splużjonijiet f’għadd ta’ knejjes u lukandi. B’kollox mill-inqas jidher li seħħew sitt splużjonijiet, bi tlieta minnhom fi…

Barranin

Illum fl-Ukrajna se ssir l-elezzjoni presidenzjali fejn il-votanti għandhom għażla li jew itellgħu lill-kummidjant televiżiv Volodymyr Zelensky, jew lin-negozjant biljunarju u l-President preżenti Petro Poroshenko. L-iktar wieħed favorit mit-tnejn li…

Barranin

Għall-imprenditur Taljan Alberto Vazzoler, li jaħbi €40,000 f’torta nejja kienet probabbli waħda mill-agħar deċiżjonijiet li qatt għamel. Dan għaliex mhux biss il-flus spiċċaw maħruqa fil-forn meta s-sieħba sabet l-istrudel u…

Aktar