COVID-19
3 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, 7 oħra mfejqa

Illum ġew ikkonfermati 3 każijiet ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 731 test. It-tliet persuni li ġew ikkonfermati pożittivi llum kollha kellhom is-sintomi u ċemplu 111 biex jagħmlu swab test. Waqt il-bulettin mediku, is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci qalet li fiequ 7 persuni oħra .

It-total ta’ persuni li nstabu pożittivi issa laħaq 480, li 399 huma mfejqa. B’kollox għalhekk hemm 77 każ li huma attivi. S’issa b’kollox saru 35,727 total ta’ swab test.

It-tliet każijiet il-ġodda jinkludu raġel Malti ta’ 33 sena li beda bis-sintomi fid-29 ta’ April b’uġigħ fil-ġogi, sogħla, qtugħ ta’ nifs u nuqqas ta’ xamm. Il-Professur Gauci qalet li dan ir-raġel kellu kuntatt ma’ persuna oħra li ħarġet pożittiva għall-Covid-19 il-ġimgħa l-oħra u għaddej contact tracing tal-membri tal-familja.

Każ ieħor huwa ta’ mara ta’ 50 sena li bdiet bis-sintomi fit-2 ta’ Mejju bids-sogħla. Hija tiġi minn mara li kellha kuntatt ma’ persuna li rriżultat pożittiva għall-virus il-ġimgħa li għaddiet.

It-tielet każ huwa ta’ raġel ta’ 26 sena li huwa ħaddiem fil-qasam tas-saħħa f’Mater Dei. Huwa beda bis-sintomi ta’ deni, sogħla u uġigħ ta’ ras fit-3 ta’ Mejju. Hu ħadem l-aħħar ġurnata qabel bdewlu s-sintomi bl-awtoritajiet tas-saħħa qed jaraw x’riskju seta’ kien hemm għall-kollegi tiegħu u għall-pazjenti. Qed isir ukoll contact tracing mal-membri tal-familja tiegħu.

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet ukoll li hemm seba’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Boffa, ħamsa fl-isptar St Thomas, pazjent fl-ITU iżda mhux fuq il-ventilator u persuna oħra fl-Infectious Disease Unit f’Mater Dei. Il-bqija tal-pazjenti qegħdin jinżammu d-dar.

Tlieta mis-seba’ persuni li ġew iddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa għandhom bejn 30 u 39 sena, persuna oħra għandha bejn 40 u 49 sena, oħra għandha bejn il-50 u l-59 sena, oħra bejn is-60 u d-69 sena u persuna oħra li għandha bejn it-80 u 89 sena.

Segwi l-konferenza sħiħa hawn:

Is-Supretendent għas-Saħħa tindirizza konferenza stampa dwar il-Covid-19

Is-Supretendent għas-Saħħa tindirizza konferenza stampa dwar il-Covid-19

Gepostet von Television Malta am Montag, 4. Mai 2020

Ara wkoll:

“Ma jistax ikollna sitwazzjoni bħal tal-bieraħ, kulħadd barra” – Is-Supretendent tas-Saħħa

Jekk ma tilbisx maskra fil-ħwienet tkun qed tikser il-liġi

Aħbarijiet Oħra
Safar

Permezz ta’ post fuq Facebook, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta qalet li qed tipprepara għall-mod ġdid ta’ vjaġġar u avżat li mill-1 ta’ Ġunju 2020 il-passiġġieri jridu bilfors jilbsu maskra…

Trasport

Ħafna mis-servizzi ta’ trasport bl-ajru u l-baħar waqfu jew naqqsu sew mill-frekwenza. Mhux l-istess jista’ jingħad għat-trasport pubbliku li bħala servizz essenzjali baqa’ għaddej b’mod regolari anke tul il-perjodu tal-pandemija….

COVID-19

Il-pandemija ħarbtet il-pjani ta’ ħafna koppji li kellhom jiżżewġu f’dan il-perjodu ferm imfittex tas-sena u spiċċaw kellhom jipposponu ż-żwieġ tagħhom. Skont ċifri ta’ Identity Malta fl-aħħar xahrejn u nofs aktar…

COVID-19

Baqgħu isiru l-ispezzjonijiet biex ikun assigurat li l-pubbliku qed jobdi l-avviżi legali ntiżi biex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. Fl-aħħar 24 siegħa nstabu seba’ persuni f’ġemgħat t’aktar minn 6 persuni f’postijiet pubbliċi skont…

Aktar