COVID-19
3 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, anzjan ħareġ mill-ITU u mar id-dar

3 persuni ġodda irriżultaw pożittivi għall-Covid-19, iżda ħadd ma kien ikkonfermat li fieq. Għalhekk l-ammont ta’ persuni mfejqa s’issa huwa ta’ 434.

Fil-bullettin mediku tal-lum, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li l-każijiet il-ġodda rriżultaw minn 1,341 swab li saru lbieraħ.

S’issa rriżultaw pożittivi 506 persuna, waqt li t-total ta’ każi attivi llum huwa ta’ 67.

Prof Gauci qalet li l-aħbar tajba hija li r-raġel ta’ 72 sena li kien fuq ventilator inħareġ mill-ITU u llum mar id-dar.

Qalet li t-tliet każijiet il-ġodda huma kuntatti ta’ każijiet oħra li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 fil-jiem li għaddew.

Dawn huma raġel Malti ta’ 58 sena li ma kellux sintomi u huwa kuntatt tal-omm u l-bint li rriżultaw pożittivi lbieraħ.

Iż-żewġ każijiet l-oħra huma ta’ healthworkers, raġel ta’ 54 sena u mara ta’ 44 sena. Dawn ħarġu pożittivi wara li saru testijiet wara risk assessment li għamlu l-awtoritajiet u iddentifikaw minn seta’ kien espost għall-virus wara li rriżultaw każi pożittivi fl-isptar Mater Dei ftit tal-jiem ilu. Qalet ukoll li sallum hemm 30 healthcare worker fl-isptar Mater Dei li rriżultaw pożittivi għall-virus.

Il-Professur Gauci qalet hemm tliet pazjenti rikoverati fl-isptar Boffa, tlieta oħra fl-isptar St Thomas u pazjent li jinsab f’qagħda kritika fl-ITU.

Tista’ ssewgi l-konferenza hawn:

Aġġornament mid-Dipartiment tas-Saħħa -12 ta' Mejju 2020

Is-Superintendent għas-Saħħa tindirizza konferenza stampa dwar il-Covid-19

Gepostet von Television Malta am Dienstag, 12. Mai 2020

Ara wkoll:

Ma nistgħux nerġgħu nibdew nitgħannqu u nieħdu b’idejn xulxin

Prof Gauci tispjega għalfejn tpoġġew is-sodod fl-università

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, MAM, u l-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel, MUMN, ħabbru azzjoni industrijali fid-dawl li l-attivitajiet tal-massa ma twaqqfux milli jiġu organizzati waqt il-pandemija tal-Covid. Il-MAM ordnat sensiela ta’ direttivi…

Lokali

Bejn din is-sena u s-sena li ġejja fiż-żona tat-tlett ibliet u l-Kalkara se jkunu qed isiru mal-25 proġett ta’ restawr varji fosthom fuq il-Forti Ricasoli, s-swar ta’ Santa Margerita u…

Lokali

Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, baqa’ f’qagħda stabbli. Fi stqarrija l-Pulizija qalet li Theuma għadu fit-taqsima tal-ENT fl-isptar Mater Dei. It-Tlieta 21 ta’ Lulju 2020, Theuma nstab…

Barranin

L-Iżvezja li ma marritx għal lockdown waqt din il-pandemija, irreġistrat tnaqqis ta’ 8.6% fl-ekonomija bejn ix-xhur ta’ April u Ġunju meta mqabbel mat-tlett xhur ta’ qabel. Skont l-uffiċċju tal-istatistika tal-pajjiż…

Aktar