COVID-19
3 każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta u jfiqu 3 oħra

Fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati tliet (3) każijiet ġodda ta’ Covid-19 f’Malta wara li saru 1,027 swab test. Sallum saru b’kollox 91,571 swab test.

Tliet (3) persuni ġew iddikjarati mfejqa biex issa t-total ta’ persuni li fiequ mill-coronavirus f’Malta tela’ għal 627.

It-total ta’ persuni li ttestjaw pożittiv għal Covid-19 huwa ta’ 668, li minnhom 32 għadhom attivi.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li t-tliet każijiet ma kinux magħrufa minn xi grupp. Tnejn minnhom ma kellhomx sintomi filwaqt li każ minnhom kellu sintomi.

L-awtoritajiet tas-saħħa għadhom iħeġġu lil kulħadd biex isegwi d-direttivi fosthom li tinżamm distanza soċjali bejn persuna u oħra, l-iġjene u l-ilbies tal-maskri jew visors f’ċerti postijiet.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

COVID-19

Ir-reġjun Spanjol ta’ Katalunja reġa’ mpona restrizzjonijiet biex irażżan l-imxija f’żona fejn jgħixu 210,000 persuna u fejn fl-aħħar jiem kien hemm żieda fil-każijiet ġodda ta’ coronavirus. Ħadd mhu se jitħalla…

COVID-19

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li l-istrateġija tiegħu kontra l-coronavirus sejra tajjeb, minkejja ż-żieda fil-każijiet madwar il-pajjiż kollu. Fil-messaġġ tiegħu tal-4 ta’ Lulju, Trump qal li pajjiżu qed jagħmel…

Aktar