COVID-19
3 każijiet ġodda ta’ Covid-19, ifiqu 11, ebda mewt

In-numru ta’ każijiet attivi tal-Covid-19 niżel għal 120 wara li fl-aħħar 24 siegħa feġġew tliet każijiet ġodda mentri fiequ 11.

Fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet reġistrata ebda mewt relatata mal-pandemija biex in-numru ta’ vittmi baqgħu 417.

Il-każijiet il-ġodda nstabu minn 1,875 ‘swab test’ li tellgħu t-total ta’ testijiet għal 902,366 u dak tal-persuni li ħadu l-virus għal 30,489.

B’dawk li fiequ telgħu għal 29,952 il-persuni li skont l-awtoritajiet tas-saħħa rkupraw mill-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 437,654 doża tal-vaċċin li 289,855 minnhom kienu l-ewwel waħda. In-numru ta’ nies li huma vaċċinati għal kollox kontra l-Covid-19 huwa 152,581.

Intant, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li llum ingħataw rekord ta’ tilqim b’aktar minn 8,000 f’jum wieħed.