Kurżitajiet
3 kikkri kafè kuljum jistgħu jagħmlulek tajjeb għas-saħħa

3 kikkri kafè jew 4 kuljum jistgħu jagħmlulek tajjeb għas-saħħa.

Riċerka turi li meta mqabbel ma’ dawk li ma jixorbux kafè, dawk li jieħdu bejn 3 u 4 kikkri kafè kuljum għandhom anqas ċans li jimirdu fil-fwied jew fil-qalb.  Madankollu l-kafè waqt it-tqala jista’ jħalli impatti negattivi fosthom ta’ korriment.

Riċerkaturi mill-Università ta’ Southampton ġabru l-informazzjoni minn 200 studju. Mill-istudji ħareġ li dawk li jieħdu l-kafè jnaqqsu r-riskju li jimirdu bil-kanċer. Minkejja dan ir-riċerkaturi ma ntrabtux li jgħidu li dan ir-riskju jonqos minħabba l-kafè essaċċ. Żied jgħid li fatturi bħal età, tiptjip u taħriġ fiżiku jħallu l-impatt fuq il-mard imsemmi wkoll.

Fil-fatt minkejja dan ir-riżultat, l-esperti jgħidu li wieħed ma għandux jibda jixrob il-kafè għas-sempliċi raġuni ta’ saħħa jew biex inaqqas il-probabilità ta’ mard.

Fl-aħħar nett ir-riċekarturi qed jappellaw biex wieħed jipprova jevita l-ħafna zokkor u ħalib mal-kafè.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet, Lokali

TEN08 ser jorganizza kunċert mużikali b’risq il-Fondazzjoni Marigold għada l-Ġimgha 25 ta’ Mejju, fil-Birgu taħt il-Forti Sant Anġlu. TEN08 ser jorganizza “Rock The Fort” bis-sehem ta’ gruppi Maltin li ser idoqqu diversi cover versions ta’ wħud mil-leġendi mużikali, fosthom Pink…

Kurżitajiet, Lokali

Robert G nieda kanzunetta ġdida It’s How We Grow. Il-kliem u mużika tal-kanzunetta rock huma ta’ Charles Paletti Muscat. Il-kanzunetta hija ddedikata għan-nies kollha b’messaġġ li tista’ twettaq il-ħolma tiegħek,…

Barranin, Kurżitajiet

Studju sab rabta bejn it-taħriġ fiżiku u s-saħħa mentali. L-istudju sab li t-taħriġ għandu effetti pożittivi fuq il-moħħ. Skont ir-riċerka mill-Università ta’ Limerick li wieħed jerfa’ l-weights inaqqas is-sintomi tad-dipressjoni….

Barranin, Kurżitajiet

Jekk tiekol waħdek qed f’riskju li tħossok imdejjaq. Riċerka sabet li waħda mill-akbar kawżiet għala wieħed iħossu mdejjaq hi li jiekol waħdu. Ir-riċerkaturi stħarrġu mat-8,000 adult fejn sabu li l-kuntentizza…

Aktar