Lokali
3 kumpaniji b’ċertifikat għall-inizjattivi li qed jieħdu fl-effiċjenza fl-enerġija

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Ilma, Joe Mizzi, ippreżenta ċertifikati lil tliet kumpaniji għall-inizjattivi li qed jieħdu fl-effiċjenza fl-enerġija.

Iċ-ċertifikati huma parti minn proġett immexxi mill-Malta Business Bureau bi sħubija mal-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma u l-Kamra tal-Kummerċ. Il-Ministru Mizzi qal li dan il-proġett jindirizza l-importanza li l-intrapriżi żgħar u medji jagħtu lill-effiċjenza fl-enerġija.

Il-Ministru għall-Enerġija qal li l-Gvern hu impenjat li jibqa’ joffri skemi ta’ għajnuna finanzjarja lill-intrapriżi żgħar u medji bl-għan li l-pajjiż jilħaq il-miri tal-enerġija nadifa sas-sena 2030. Sostna li l-qasam tal-enerġija għandu post importanti fl-aġenda ta’ dan il-Gvern, minħabba li hu ta’ importanza kbira għall-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija qed jinvestigaw is-sejba ta’ kadavru ta’ mara li kienet ilha mejta 3 xhur. TVM huwa infurmat li l-mara hija Ingliża ta’ 69 sena li nstabet mgħottija bil-kutri fis-sodda fi stat…

Saħħa

Bħalissa f’Malta hawn madwar 7,000 persuna li qed tbati mid-dimenzja, din mistennija titla’ għal 13,000 sas-sena 2050. Fl-ewwel konferenza nazzjonali tad-dimenzja, ġiet diskussa din il-marda, kif tolqot lil ta’ madwarha,…

Lokali

Skont il-Perit Carmel Cacopardo, ir-riżenja ta’ Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika fuq l-abort hija biss skuża. Intervistat fuq il-programm ta’ Television Malta Ras imb ras, il-Perit Cacopardo qal li hu kien…

Aktar