Lokali
3 persuni arrestati wara li nqabdu b’kaċċa illegali

Tliet kaċċaturi kienu arrestati mill-Pulizija mis-Sezzjoni tal-Administrative Law Enforcement wara li nqabdu f’attività ta’ kaċċa illegali.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li żewġ persuni li għandhom 20 u 47 sena li joqogħdu Ħal Għaxaq ġew arrestati lbieraħ għall-ħabta tas-6.30pm fl-inħawi ta’ Ħal Għaxaq. Huma mistennija jistressqu l-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

Aktar tard ilbieraħ stess, ġie arrestat raġel ieħor ta’ 42 sena, li huwa wkoll minn Ħal Għaxaq waqt li kien qiegħed għall-kaċċa u kien ukoll qed jagħmel użu minn arma tan-nar immodifikata. Aktar investigazzjonijiet fuq dan il-każ għadhom għaddejjin u l-persuna mistennija titressaq il-Qorti aktar ‘il quddiem.

Aħbarijiet Oħra
Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Immigrazzjoni

Wara li fl-aħħar ġimgħat inqalgħu batibekki bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani dwar l-immigrazzjoni, TVM stħarreġ is-sentiment tat-Taljani li qed jaħdmu f’Malta. Mindu ġie elett il-Gvern ċentru lemini Taljan kważi erba’…

Kronaka

Tliet membri mit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei sfaw aggrediti minn ġuvni Libjan waqt li kienu qed jassistu żewġ persuni li kellhom bżonn l-assistenza medika. Il-ġuvni ġie arrestat mill-Pulizija…

Aktar