Lokali
ESKLUSSIVA BIL-FILMAT:3 persuni arrestati wara li nqabdu b’kilo u nofs kokaina

Il-pulizija għandha f’idejha żewġ Libjani u Malti li ġew arrestati f’operazzjoni f’ħidma kordinata li waslet biex instabu kilo u nofs kokaina u €64,000 fi flus kontanti. It-tliet persuni arrestati mistennija jitressqu l-Qorti u jiġu akkużati bit-traffikar tad-droga. TVM inzerta fuq il-post fejn saru l-arresti, iżda biex jagħti protezzjoni lill-identità tal-pulizija involuti qiegħed jostor wiċċhom.

L-operazzjoni tal-pulizija solviet it-Tlieta waranofsinhar f’żona pjutost imwarba bejn Ħal Safi u Ħal-Kirkop. TVM huwa infurmat li din twetqet wara sigħat twal ta’ osservazzjoni mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga li kienet qed isegwi l-passi tat-tliet persuni suspettati. Is-suspetti tal-pulizija ġew konfermati meta fit-tfittxija fil-vettura, l-pulizija sabet kilo u nofs droga kokaina u €64,000o fi flus kontanti li possibilment bihom id-droga kienet ser tibdel l-idejn. Huwa stmat li l-prezz fis-suq tad-droga maqbuda tilħaq qrib il-mitt elf ewro u possibilment ħafna aktar ukoll.

TVM li inzerta fl-akwati segwa mill-qrib l-arrest tat-tliet persuni, żewġ Libjani u Malti, li għandhom bejn il-25 u l-40 sena. Minn tagħrif li kiseb iċ-Ċentru tal-Aħbarijiet, il-pulizija kienet qed isegwi minn distanza għal ħin twil il-movumenti tal-vettura involuta, sakemm għall-ħabta tas-2.30pm waqfet fi Triq l-Industrija, eżatt fil-wesgħa li hemm fejn id-dilettanti jieħdu r-ritratti tal-ajruplani f’Ħal Kirkop.

Kien hawn li l-Pulizija nnutaw li kien se jsir negozju ta’ bejgħ ta’ droga. Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, assistiti minn tar-Rapid Intervention Unit, iċċirkondaw il-karozza u arrestaw liż-żewġ Libjani u Malti li kienu fl-istess karozza. Wara li d-droga u l-flus ġew elevati, it-tliet persuni ttieħdu b’arrest id-Depot għal aktar investigazzjonijiet. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Doreen Clarke, li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-personalità li għandu miljuni ta’ segwaċi fuq is-siti soċjali Nas Daily jidher li se jkun Malta mill-ġdid f’Jannar li ġej. Dan hekk kif qed jippjana li jiffilmja l-1,000 vidjo u…

Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Ħadd ma jaf x’jismu. Kulħadd bħala “l-għaġeb” jafu. Miskin, setgħu sabulu laqam aħjar, imma dal-laqam weħel miegħu u m’hemmx li jitilqu. Kull sena…

Qorti

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat li l-Kunsill Lokali u Transport Malta ma kellhomx jinżammu responsabbli għal bankina li ċediet fil-Gżira waqt xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq sit privat. Christopher Mifsud fetaħ kawża biex…

Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea qed tirrealizza li għandha tirrikonoxxi l-potenzjal li għandha l-Afrika. Skont il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jintuża ton differenti bejn iż-żewġ naħat biex mhux biss jindirizzaw il-kwistjoni tal-immigrazzjoni, iżda…

Aktar