Barranin
3 persuni fil-Ġermanja maqtula b’arma mhux tas-soltu – qaws

Fil-Ġermanja, żewġ dilettanti tal-ilbies u stil ta’ ħajja medjevali nstabu maqtula b’vleġġa f’qalbhom u persuna oħra bi vleġġa f’għonqha.

It-tliet persuni nstabu maqtula f’kamra ta’ lukanda fil-Bavarja bi tliet qwas fil-kamra. Jidher li żewġ armi intużaw biex jiġu sparati l-vleġġeġ.

Raġel u mara nstabu id f’id fis-sodda bi vleġġa f’qalbhom. Mara oħra nstabet mal-art bi vleġġa f’għonqha.

L-invetsigaturi jemmnu li fil-kamra ma kien hemm ħadd aktar minbarra t-3 persuni li mietu u jidher li ma kien hemm l-ebda forma ta’ xi vjolenza.

Il-mejta nstabu minn fattiga li daħlet fil-kamra biex tnaddaf. Maġenb il-katavri nstabu żewġ testmenti ta’ Torsten W, ta’ 53 sena, u Kerstin E, ta’ 33 sena li nstabu fis-sodda.

It-tielet vittma ġiet identifikata bħala Farina C ta’ 30 sena.

Dawn l-imwiet jafu għandhom x’jaqsmu ma’ tnejn oħra fin-naħa ta’ fuq tal-Ġermanja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit telgħu għal tmienja l-politiċi s’issa, li daħlu fit-tellieqa biex jieħdu post Theresa May bħala Mexxej tal-Partit Konservattiv wara li ħabbret li se tirriżenja fi żmien ġimagħtejn oħra. Il-mexxej…

Barranin

21 stat membru tal-Unjoni Ewropea llum qed jivvotaw biex jeleġġu l-ewroparlamentari li se jirrapreżentaw lill-pajjiżhom fil-Parlament Ewropew. Il-Ħamis ivvutaw l-Olanda u r-Renju Unit li kellu jipparteċipa f’dawn l-elezzjonijiet minħabba li…

Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Aktar