Barranin
3 persuni jmutu f’inċident ferrovjarju fl-Iskozja

Tliet persuni fosthom ix-xufier mietu u numru ta’ persuni ndarbu serjament wara li ferrovija ħarġet barra mil-linji f’Aberdeenshire fl-Iskozja.

S’issa l-għadd ta’ fatalitajiet għadhom mhumiex konfermati.

Hu rrappurtat li l-ferrovija ħarġet barra mil-linji wara xita qalila matul il-lejl.

Fuq il-post tal-inċident issejħu mat-30 vettura ta’ emerġenza fosthom air ambulance.

Aħbarijiet Oħra

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Wara li d-Dukessa ta’ Cambridge tkellmet dwar l-ossessjoni tal-Prinċep George bid-dinosawri, issa binha l-kbir għandu sinna fossilizzata ta’ kelb il-baħar ġgant. Is-sinna kien sabha fi tmiem is-sittinijiet Sir David Attenborough waqt…

Aktar