Qorti
3 persuni l-ħabs wara li sawtu u serqu ħaddiem

Tliet ħallelin, żewġt irġiel u mara, weħlu bejniethom 23 sena ħabs wara li nstabu ħatja li sawtu brutalment ħaddiem tal-kostruzzjoni u serqu l-paga tiegħu u ta’ sieħbu.

John Mifsud, Noel Borg u Leanne Chalbi ġew akkużati li ħebbew għal Lamin Jammeh mill-Gambja, li sawtuh u serqulu mal-erbat elef ewro.

Il-każ seħħ f’Novembru ta’ sentejn ilu.