Qorti
3 snin u 6 xhur ħabs wara li nstab ħati li pprova jisraq televiżjoni minn kamra ta’ lukanda

Annise Bejaoui ta’ 31 sena ntbagħat tliet snin u sitt xhur ħabs filwaqt li tilef garanzija personali ta’ €10,000 wara li nstab ħati ta’ tentattiv ta’ serq kif ukoll bi ħsara volontarja waqt perjodu li fih huwa kien obbligat li ma jikkommettix reat ieħor.

Il-każ imur lura għall-20 ta’ Mejju 2018 meta l-akkużat inqabad ħiereġ minn kamra tal-lukanda San Antonio f’San Pawl il-Baħar, b’televiżjoni mgewżer f’xugamani. Mix-xhieda joħroġ li malli l-akkużat induna li qed jarah xi ħadd, ħalla t-televiżjoni fejn kien u telaq jiġri.

Fil-Qorti l-Ispettur Godwin Scerri xehed li l-pulizija wasslu għall-Annise Bejaoui mill-impronti tas-swaba li nstabu kemm fuq il-bieb tal-kamrra kif ukoll fuq it-televiżjoni, liema impronti kienu diġà f’database tal-pulizija għaliex Bejaoui kellu każijiet oħra ta’ serq fil-passat.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Monica Vella sabet lill-akkużat ħati li pprova jisraq televiżjoni u li għamel ħsara fuq il-bieb tal-lukanda tal-kamra minn fejn ipprova jisraq it-televiżjoni. Il-Qorti sabitu wkoll ħati li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u li rrenda ruħu riċediv.

Fis-sentenza tagħha, il-Maġistrat Vella nnotat il-fedina penali tal-akkużat u rat li minekjja diversi opportunitajiet li ngħatawlu mill-Qorti, huwa għażel li ma jbiddilx id-direzzjoni ta’ ħajtu u għalhekk irrevokat is-sentenza tal-ħelsien mill-arrest, ordnat li l-garanzija personali ta’ €10,000 tgħaddi favur il-Gvern ta’ Malta u kkundannatu għal tliet snin u nofs ħabs.

Ara wkoll:

Sentejn ħabs wara li ammetta li seraq minn żewġ ħwienet

Ħelsien mill-arrest revokat wara li kiser kundizzjoni tal-Qorti

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fi stqarrija, il-MAM qalet li se twaqqaf id-direttivi għal ġimgħa min-nhar is-Sibt bit-tama li l-gvern jieħu azzjoni deċiżiva fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna. L-assoċjazzjoni qalet ukoll li l-Gvern għandu jgħaraf l-iżbalji…

Kronaka

Raġel ta’ 20 sena mill-Imtarfa ġarrab ġrieħi gravi u ieħor ta’ 21 sena mill-Imtarfa wkoll ġarrab ġrieħi ħfief wara argument li seħħ ilbieraħ fil-ħdax u nofs ta’ bil-lejl fil-Belt Valletta….

COVID-19

Ftit aktar minn 100 persuna ġew immultati talli fl-aħħar ġimgħa nqabdu mingħajr maskra f’ħames postijiet fejn hu obbligat li tintlibes fosthom fuq tal-linja u fil-ħwienet. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-maskra…

Aktar