Qorti
3 snin u nofs ħabs għal raġel li wettaq reati indiċenti u ta’ natura sesswali f’Marsalforn

Raġel ta’ 30 sena mis-Somalja ġie kkundannat tliet snin u nofs ħabs wara li nstab ħati li fl-24 ta’ Lulju li għadda waqt li kien xurban wettaq reati indiċenti u ta’ natura sesswali fil-konfront ta’ mara barranija fi Triq il-Port, Marsalforn.

Il-Maġistrat Joe Mifsud sab lil Abdiqani Omar Abdillahi ħati wkoll li fl-istess lejl darab ħafif lil din il-mara u tfajla oħra li kienet magħha waqt li għamel atti jew ġesti indiċenti u li kiser il-paċi pubblika. Instab ħati wkoll li kien qed jgħix ħajja ta’ għażż u ta’ vagabundaġġ.

Il-Qorti laqgħet it-talba għal ħruġ ta’ ordni ta’ protezzjoni għaż-żewġ nisa għal sena u ordnat lill-ħati biex isegwu programm għar-rijabilitazzjoni mill-vizzju tax-xorb għal perjodu ta’ 3 snin ħabs.

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT, Brian Tonna, ta’ Karl Cini, flimkien ma’ għadd ta’…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Imnedija t-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards, bi 18-il kategorija maħsuba biex jippremjaw l-isforzi tal-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom u fl-istess waqt ikompli jgħolli l-livell tal-ġurnaliżmu lokali.  Il-Kummissjoni Malta Journalism Awards fi ħdan…

Aktar