Qorti
2 żgħażagħ jitressqu l-Qorti b’rabta mat-tkissir tal-istatwa ta’ Sant’ Antnin f’Wied il-Għajn

2 żgħażagħ, Michael Olaf Zandstra ta’ 18-il sena  u Hugo Sacha Christian Boutroue ta’ 19-il sena tressqu l-Qorti akkużati li fir-residenza fejn joqogħdu f’Wied il-Għajn instabet ir-ras tal-istatwa ta’ Sant’Antnn li kienet viċin kappella fil-Park ta’ Sant’Antnin, f’Wied il-Għajn.

L-Ispettur Saviour Baldacchino qal li l-akkużati ma kisrux l-istatwa huma, iżda wieħed minnhom ħadha d-dar u l-ieħor ħażżeż fuqha.

Min-naħa tagħhom, l-akkużati ma ammettewx l-akkużi bid-difiża titlob il-ħelsien mill-arrest. It-talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet milqugħa mill-Maġistrat Rachel Montebello fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €4,000. Huma jridu jiffirmaw l-għassa tliet darbiet fil-ġimgħa.

L-avukati Dr Stefano Filletti u Dr Kathleen Grima dehru għal Michael Olaf Zandstra filwaqt li għal Hugo Sacha Christian Boutroue dehret Dr Fransina Abela.