Qorti
30 jum ħabs għal 2 immigranti minuri li ppruvaw jaħarbu minn Malta b’passaporti foloz

Żewġ żgħażagħ Tuneżini ta’ 15 u 17-il sena ammettew li ppruvaw jaħarbu lejn l-Italja b’passporti foloz.

L-ispettur Hubert Gerada spjega lill-Maġistrat Charmaine Galea li dalgħodu ż-żgħażagħ pruvaw jaqbdu l-katamaran għal Sqallija b’passaporti Taljani foloz.

Wieħed minnhom qal lill-pulizija li ried imur l-Italja biex imur it-Tuneżija.

Iż-żgħażagħ huma immigranti li waslu Malta f’Awwissu li għadda u li kienu qed jgħixu f’Dar il-Liedna, il-Fgura.

L-Ispettur qal li huma qalu lill-pulizija jaħdmu ma’ Sudaniż li ilhom ma jaraw u taw informazzjoni fqira lill-pulizija.

Skont huma ħallsu bejn €500 u €600 lil dan is-Sudaniż għall-passaport.

Assistiti mill-avukat tal-għajnuna legali – Dr Simon Micallef Stafrace, iż-żgħażagħ ammettew l-akkużi kontrihom.

Fid-dawl li huma taħt l-età huma weħlu 30 ġurnata ħabs kull wieħed.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-WasteServ qalet li l-ġbir tal-ħġieġ għar-riċiklaġġ huwa amministrat minn żewġ skemi privati, li huma responsabbli li jiġbru ħġieġ segregat. Il-kumpanija qalet li avżat lil dawn l-iskemi li mhux se taċċetta…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela sejjaħ laqgħa mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali skedata għal nhar il-Ħamis li ġej, biex tkun diskussa l-pożizzjoni ta’ Malta fl-isfond tal-pandemija Covid-19. Fi stqarrija maħruġa…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,502 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 215, hekk kif ħadd…

Immigrazzjoni

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo qal li l-ħidma tal-Gvern wasslet biex minn Marzu ‘l hawn mat-3,000 immigrant irregolari twaqqaf milli jiġi f’Malta. Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, huwa qal li…

Aktar