Lokali
30 sena anniversarju mill-waqa’ tal-ħajt ta’ Berlin

L-Ambaxxatur tal-Ġermanja għal Malta, Walter Haßmann, qal li l-waqa’ tal-ħajt ta’ Berlin kienet ġrajja sinifikanti mhux biss għall-Ġermaniżi iżda anki għal Ewropej fil-pajjiżi tal-Lvant li kienu maħkuma mill-komuniżmu.

“Our compatriots in the East grabbed this chance with both their hands and stormed the gate and the security fortunately kept their cool minds, it happened peacefully this was the first time for Germany so we were very proud of it and of course it changed the face especially of Europe, the iron curtain, as Churchill had defined it, stopped to exist and new nations developed in central eastern Europe”.

Mistoqsi jekk hemmx periklu li fis-soċjetà tal-lum jittellgħu ħitan diviżorji, l-Ambaxxatur Ġermaniż qal li min għandu għal qalbu d-demokrazija għandu jkun mħasseb dwar elementi estremi f’uħud mill-pajjiżi Ewropej fosthom fir-rigward tal-immigrazzjoni.

“Here in Malta you are feeling it everyday with the migration, which is a challenge for all of us but especially for the Maltese Government”.

L-analista Jesmond Saliba hu tal-fehma li hemm periklu li l-istorja terġa’ tirrepeti ruħha għalkemm mhux neċessarjament bil-mod seħħet il-qasma bejn il-lvant u l-punent tal-Ġermanja.

“Kwistjonijiet li dak iż-żmien kienu mod ta’ rifuġju illum għandhom natura ekonomika qed nitkellem dwar l-element ta’ immigrazzjoni li prattikament dak iż-żmien kien il-moviment li waqqa il-ħajt, u illum qed nitkellmu dwar il-perspettiva jekk għandux jerġa’ jitla’ l-ħajt”.

Wissa’ wkoll dwar ir-riperkussjonijiet tal-era diġitali moderna u d-dominanza tal-mezzi soċjali tal-midja.

“Hemm l-element tal-kommunikazzjoni u l-kommunikattiva li fil-passat kienet strumentali biex waqa’ l-ħajt … eventwalment illum il-ġurnata qed naraw li tista taċċentwa ċertu diviżjonijiet li jkunu diġà jeżistu”

Il-President ta’ Malta George Vella indirizza forum f’Dar l-Ewropa li fakkar it-tletin anniversarju tal-waqa’ tal-ħajt ta’ Berlin.

Hu qal li l-bini tal-ħajt f’Settembru tal-1961 mar lil hinn mir-restrizzjonijiet fiżiċi tal-movimwent bejn l-Lvant u l-Punent tal-Ġermanja. Fakkar li familji fil-Lvant tal-Ġermanja sofrew diskrepanzi kbar fil-kwalita tal-għixien u fil-jeddijiet għal-liberta tal-espressjoni. Qal li ma kinitx kumbinazzjoni li fit-28 sena li dam jeżisti, kien hemm attentati ddisprati minn Ġermanizi li ta kuljum kienu jippruvaw jaħarbu b’uħud ħallsu l-prezz b’ħajjithom. Il-President ikkonkluda li għaqda mill-ġdid tal-Ġermanja kienet rebħa storika fuq il-politika ta’ diviżjoni u konferma storika tal-kilba universali tal-umanità għall-għaqda u l-ħelsien.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li l-moviment Laburista hu konsistenti u kredibbli, u kapaċi joħloq il-ġid u jqassmu. Qal li din il-ġimgħa l-Oppożizzjoni kienet imħawwda bħat-temp…

Qorti

Axel Vella ġie mmultat elf ewro, u ngħata sentenza ta’ sena priġunerija sospiżi għal erba’ snin għax kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest f’każ li għadu qed jistenna quddiem il-Qorti dwar it-traffikar…

Qorti

Raġel ta’ 38 sena miż-Żurrieq ġie akkużat li kkaġuna ferita ta’ natura ħafifa fuq martu u li kkaġunalha biża’ f’argument li seħħ bejniethom fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu. Ir-raġel, li jaħdem…

Aktar