Barranin
30 sena ħabs wara li stupra u qatel tfajla fi Franza

Raġel ġie kkundannat 30 sena ħabs, wara li nstab ħati li lura fl-2002, stupra u qatel tfajla fi Franza.

It-tfajla, li kellha 24 sena, kienet taħdem bħala maniġer f’bank. Hi kienet sejra lura d-dar minn ħarġa f’restorant, meta l-karozza tagħha ġiet imwaqqfa minn grupp ta’ rġiel li l-għan tagħhom kien li jistruprawha. Malli waqfet, hi indunat li kien hemm xi ħaġa ħażina, tant li meta ppruvaw joħorġuha mill-karozza, ċemplet lin-numru tal-emerġenza. Madanakollu, il-Pulizija ma leħqitx qaltilhom fejn tinsab, tant li ġiet stuprata u maqtula ftit tal-ħin wara.

Hi instabet l-għada filgħodu f’għalqa, b’ġisimha maħruq, minn bidwi tal-lokal.

Fuq il-post instabu erba’ tipi ta’ DNA, flimkien ma’ xi sperma f’kontraċettiv. Wara kważi għaxar snin, wieħed mit-tipi ta’ DNA irriżulta li kien ta’ ċertu persuna Grégory Wiart, inġinier li kien miet sena wara f’inċident tat-traffiku. Irriżulta li dan kien wieħed mill-qattiela.

Kważi għoxrin sena wara, il-każ kien prattikament mejjet, iżda l-investigaturi baqgħu ifittxu l-provi. Fil-fatt, irnexxielhom jinnutaw li fl-isfond tat-telefonata li għamlet il-vittma lill-pulizija, kienu jinstemgħu xi ilħna ta’ rġiel. Wieħed minn dawn l-ilħna, irriżulta li kien tal-akkużat, Willy Bardon.

Fil-Qorti, hu ġie kkuntannat sentenza ta’ tletin sena priġunerija, wara li stupra u qatel lil Elodie Kulik. Hu qal li mhuwiex ħati, u li se jkun qed joqtol lilu nnifsu jekk jinstab li huwa ħati. Fil-fatt malli ħareġ il-verdett, hu deher jibla xi pillola, u dlonk ittieħed l-isptar fejn bħalissa qed jingħata l-kura.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Amerikan, Donald Trump, waqt li jinsab f’Davos l-Iżvizzera għall-Forom Ekonomiku Dinji, qed jiffaċċja żewġ akkużi serji fis-Senat, fil-kapitali Amerikana Washington, li għandu jiddetermina jekk Trump jitneħħiex minn President. Hu…

Barranin

Minn żmien għal żmien nisimgħu ħafna li nstabet xi tip ta’ kura għall-kanċer. Tim fl-Università ta’ Cardiff skopra li parti mis-sistema imunitarja tista’ tittratta l-kanċer. Ir-riċerka, li ġiet ippubblikata f’Nature…

Barranin

Fl-Ingilterra, studju ġdid qed jipproponi li anke irġiel mejta jistgħu jkunu donaturi tal-isperma hekk kif naqsu b’ħafna d-donaturi. Il-Journal of Medical Ethics jgħid li din il-proposta hija etika biżżejjed jekk…

Aktar