300 mara u tifla salvati minn taħt idejn il-Boko Haram

L-armata Niġerjana qalet li salvat 200 tifla u 93 mara minn żona fejn huwa attiv il-grupp militanti iżlamiku Boko Haram.

Qalet li madankollu, t-tfajliet li kienu nħatfu minn skola f’Chibok sena ilu ma kienux fost dawk salvati llum.

L-armata qalet li l-bniet u n-nisa inħelsu waqt operazzjonijiet militari li waslu biex l-armata ħadet taħt idejha erba’ kampijiet tal-Boko Haram fil-foresta Samibisa.

Fl-aħħar xhur il-forzi tas-sigurtà Niġerjani rnexxielhom jieħdu lura ħafna mit-territorju li kien taħt il-kontroll tal-Boko Haram.