Kultura
30,000 student se jibbenefikaw mill-Culture Pass

50 produzzjoni artistiċi u kulturali se jkunu għad-diżpożizzjoni tal-iskejjel mill-kindergarten sas-sekondarja fil-programm tal-Culture Pass 2019-2020. Din is-sena b’dawn il-produzzjonijiet mistennija jintlaħqu 30,000 student fl-iskejjel tal-Gvern, Knisja u indipendenti.

Waqt it-tnedija tal-programm ta’ Culture Pass għal din is-sena skolastika, il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici qal li Culture Pass sar opportunità oħra biex jingħata inċentiv lill-produtturi kulturali biex jipproduċu produzzjonijiet ġodda u attivitajiet artistiċi immirati b’mod speċjali għat-tfal u ż-żgħażagħ. Il-produzzjonijiet ta’ din is-sena huma varjati u jirrapreżentaw kull forma ta’ arti minn żfin, teatru u mużika sa arti viżiva, letteratura, films, u wirt kulturali.

Se tiġi esplorata wkoll it-tema tal-għana. Dan qal il-Ministru Bonnici fl-isfond li kmieni s-sena d-dieħla Malta mistennija tressaq applikazzjoni quddiem il-UNESCO biex l-għana Malti jkun fil-lista tal-wirt kulturali intanġibbli.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se terġa’ tikkollabora ma’ DJ Tenishia għal kunċert bla ħlas, is-Sibt 25 ta’ Lulju, fi Pjazza San Ġorġ il-Belt. Il-kunċert TEMPO se jġedded il-memorja ta’ ħafna…

Infrastruttura

Malta miżgħuda mini li tul is-snin tħaffru għal skopijiet differenti, fosthom għall-produzzjoni tal-ilma tal-pjan. L-aktar popolari x’aktarx huma dawk f’Ta’ Kandja, iżda inqas magħrufa u x’aktarx isbaħ minħabba l-istat naturali…

Sport

Il-Covid-19 ħarbtet il-programm ta’ għadd ta’ attivitajiet sportivi, mhux l-anqas tad-dilettanti tal-karozzi. Is-Sibt li għadda, taħt dawl artifiċjali u b’żiffa ħelwa sajfija, mijiet inġabru fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Sport Muturi Karozzi biex…

Politika

Id-deputati li stqarrew li m’għandhomx fiduċja f’Adrian Delia qalu li se jibqgħu determinati li jġibu l-bidla meħtieġa fil-Partit Nazzjonalista u fil-pajjiż. Qalu li għat-tieni darba f’ġimgħa ġie kkonfermat li Dr…

Aktar