COVID-19
300,000 persuna mardu bil-coronavirus f’160 pajjiż – 95,000 ifiqu

Il-persuni infettati bil-coronavirus f’160 pajjiż madwar id-dinja tela’ għal aktar minn 300,000 li 95,000 minnhom irnexxielhom ifiqu. Il-virus wassal għall-mewt ta’ 13,000 persuna. Fl-Italja biss l-għadd tal-mejta laħaq kważi ħamest elef, bil-persuni infettati laħqu kważi 54,000 u l-mejta kważi ħamest elef. Il-Prim Ministru Guiseppe Conte ordna l-għeluq tal-ħwienet u servizzi mhux essenzjali iżda qal li mhux ser iwaqqaf għalkollox ir-rota ekonomika.

Fi Spanja l-għadd tal-mejta laħaq mal-1,400. L-awtoritajiet tas-saħħa rrapurtaw żieda ta’32% fl-infezzjonijiet. Il-Prim Ministru Spanjol Petro Sanchez wissa’ li l-agħar għadu ġej.

Fiż-żewġ pajjiżi li jinsabu għarkuptejhom f’din lill-pandemija, fl-aħħar sigħat komplew żiedu r-restrizzjonijiet fuq il-popolazzjoni tagħhom biex irazznu l-firxa tal-pandemija. Fl-Italja ngħalqu fost oħrajn ingħalqu l-fabbriki u fi Spanja ġie estiż għal ġimagħtejn l-istat ta’ emerġenza.

Fil-Vatikan waqt it-talba tal-Angelus, il-Papa Franġisku rrefera għaż-żmien ta’ iżolament li qed tgħix id-dinja. Huwa sejjaħ biex l-Insara jingħaqdu fit-talb nhar il-Erbgha f’nofsinhar u nhar il-Ġimgħa fis-sitta ta’ filgħaxija meta ser imexxi servizz ta’ talb u ser tingħata l-indulġenza plenarja Urbi et Orbi.

“Let us stay united and make our closeness be heard, our closeness to the loneliest people and those who are suffering the most. Let us express our closeness to all doctors, medical staff, nurses and volunteers. Let us express our to the authorities, who have to take harsh measures for our sake. Let us express our closeness to the police, the soldiers that have to maintain order on the streets and ensure that the government’s measures are followed, for the greater good. I express my closeness to everybody.”

Il-Papa Franġisku b’ġest simboliku ta l-barka tiegħu minkejja li l-pjazza kienet vojta.

Fir-Renju Unit, il-Prim Ministru Boris Johnson wissa lis-sistema tas-saħħa tista tikkrolla jekk in-nies ma jikkoperawx. Fir-Renju Unit il-każi ta’ coronavirus żdied b’233 bin-numru tal-pazjenti jaqbeż il-5000. Intqal li fir-Renju Unit hemm miljun u nofs persuna f’riskju serju li jitilfu ħajjithom jekk ikunu infettati bil-coronavirus. Dawn qed jiġu mħeġġa biex għat-12-il ġimgħa li ġejjin ma joħorġux mid-dar.

Fi Franza ħadd ma jista’ joħroġ mid-dar ħlief għax-xiri ta’ oġġetti essenjali jew għax-xogħol. Biex wieħed joħroġ għal xi raġuni oħra jrid japplika u jingħata ħin mill-awtoritajiet.

Diversi pajjiż qed jimplimentaw miżuri iebsa fosthom l-Awstralja li ħabbret shutdown nazzjonali bil-postijiet pubbliċi kollha jingħalqu. Diversi pajjiżi Asjaticċ qed jimponu miżura iebsa bit-tama li l-virus ikun ikkontrollat. Fl-Indja aktar minn biljun persuna jinsabu maqfula fi djarhom għal mil-lanqas 14-il siegħa.

L-Iran li huwa wieħed mill-pajjiżi l-aktar milquta kellu żieda qawwija kemm fin-nies infettati kif ukoll fl-imwiet. Issa f’dan il-pajjiż hemm aktar minn 21,600 persuna infettati u 1,685 tilfu ħajjithom.

F’dan l-isfond pjetuż, ix-xjentisti jinsabu f’tellieqa mal-ħin biex jiżviluppaw tilqima li wħud minnhom diġà bdew il-provi tagħhom bit-tama hija li dawn jagħtu riżultati pożittivi meta jkunu ppruvati fuq il-bniedem sal-aħħar tas-sena.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

F’dan iż-żmien fejn kulħadd jinsab fl-istess sitwazzjoni riżultat tal-pandemija Covid-19, il-Maltin mhux biss qed juru solidarjetà ma’ xulxin iżda saħansitra ma’ persuni li ma jafux li jinsabu mal-ħamest elef kilometru…

Barranin

Għalkemm l-Italja tibqa’ bl-ogħla numru ta’ mwiet bil-COVID19, in-numru ta’ nies mejta baqa’ nieżel ‘l isfel iżda fi Spanja, il-mewt reġgħet qajmet rasha. U fiċ-Ċina għall-ewwel darba minn meta faqqgħet…

COVID-19

Jekk ma ħasditx l-awtoritajiet tas-saħħa, l-aħħar ċifra ta’ 52 persuna infettati bil-virus, żiedet l-ansjeta fost ħafna fil-popolazzjoni. TVM staqsa l-istatistiku Dr Vincent Marmara jekk dan in-numru ta’ infezzjonijiet ġodda jbiddilx…

COVID-19

53 impjegat minn kumpanija privata li kellhom jieqfu mix-xogħol minħabba l-imxija tal-COVID19, se jxammru l-kmiem biex jaħdmu fuq progetti ta’ manutenzjoni f’żoni turistiċi. Għall-impjegati tal-kumpanija Ozo Malta li xogħolhom jiddependi…

Aktar