COVID-19
31 fl-isptar minħabba l-Covid-19, 2 fl-ITU

Fl-Isptar Mater Dei hemm 31 persuna li qed jirċievu l-kura minħabba l-Covid-19.

Minnhom 2 jinsabu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

Dan jirriżulta mill-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija fil-pajjiż.

Minnu joħroġ li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 53 każ ġdid waqt li fiequ 31.

B’hekk il-każijiet attivi huma 743. L-imwiet telgħu għal 446 wara li miet anzjan ta’ 77 sena waqt li kien pożittiv għall-imxija.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 802,042 doża tal-vaċċin li minnhom 1,257 kienu l-booster.