COVID-19
31 każ ġdid ta’ Covid-19 u jfiqu 54

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 31 każ ġdid ta’ Covid-19 fost 2,135 swab test. Qalu wkoll li fl-istess perjodu ġew iddikjarati li rkupraw 54 persuna li 44 minnhom huma immigranti li nstabu pożittivi għall-coronavirus meta ddaħħlu Malta. L-ammont ta’ persuni li fiequ mill-Covid-19 f’Malta issa tela għal 762. Minn Marzu ‘l hawn, ġew irreġistrati 1276 każ pożittiv ta’ Covid-19 f’Malta li minnhom 505 għadhom attivi.

F’konferenza tal-aħbarijiet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika il-Professur Charmaine Gauci qalet li mill-każijiet attivi hemm ħames pazjenti li qed jinżammu fit-taqsima tal-mard infettiv fosthom anzjan li kuntrarju għall-bqija, ma jinsabx f’kundizzjoni stabbli.

Il-Professur Gauci qalet li hemm tliet pazjenti oħra li jinsabu fit-Taqsima għall-Kura Intensiva għax għandhom pulmonite, wieħed minnhom, raġel ta’ 63 sena li jinsab fuq ventilator. Huwa għandu kundizzjonijiet mediċi oħra: dijabete u pressjoni għolja. It-tnejn l-oħra fit-Taqsima għall-Kura Intensiva huma nisa, waħda ta’ 71 sena u l-oħra ta’ 53 sena li ma kellhomx kundizzjonijiet mediċi u li qed jingħataw trattament bl-ossiġnu.

Żiedet tgħid li hemm 16-il pazjent ieħor li qed jinżammu fl-isptar Boffa u 13 fl-Isptar St Thomas. Barraminnhekk, hemm tmien pazjenti li qed jinżammu f’iżolament fl-isptar Monte Carmeli. Qalet ukoll li hemm 77 staff minn Monte Carmeli li qegħdin fi kwarantina. Dawn huma fost total ta’ 1,200 ruħ li bħalissa jinsabu fi kwarantina. Fost il-ħaddiema tas-saħħa li bħalissa qegħdin fi kwarantina, hemm 7 mill-isptar Karin Grech, persuna mill-kura primarja, 56 mill-isptar Mater Dei u 2 mill-isptar ġenerali t’Għawdex.

Tista’ terġa’ ssegwi l-konferenza tal-aħbarjiet mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika hawn.

Konferenza tal-Aħbarijiet mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika

Konferenza tal-Aħbarijiet mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika

Gepostet von Television Malta am Freitag, 14. August 2020

Ara wkoll:

Il-Professur Gauci twissi dwar iż-żieda fl-anzjani pożittivi għall-Covid-19

L-ilbies obbligatorju tal-maskri: fl-ewwel ġimgħa jinħarġu 109 ċitazzjonijiet

Jekk għandek is-sintomi tingħata appuntament għal swab test fi żmien 24 siegħa

Aħbarijiet Oħra

Il-viżjoni li tixpruna l-programm li tħejja għall-istaġun li jmiss ta’ Spazju Kreattiv taħseb biex tegħleb l-isfidi tal-Covid-19, bl-organizazzjoni ta’ 400 attività bis-sehem ta’ 320 artist u 17-il għamla ta’ arti…

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Aktar