COVID-19
31 pazjent bil-Covid-19 fl-isptar, 3 fl-ITU

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 34 każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 50 biex il-każijiet attivi issa jammontaw għal 723.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 31 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus bi 3 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

In-numru tal-vittmi tela’ għal 447 wara li miet anzjan ta’ 97 sena li kellu l-virus.

L-aġġornament tas-sitwazzjoni juri wkoll li sal-bieraħ kienu ngħataw 804,841 doża tat-tilqima li 1,938 minnhom kienu boosters.