Statistika
31 studenti tfajliet ħarġu tqal tul is-sena skolastika li għaddiet

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li kien hemm 31 studenti tfajliet li ġew riferuti lis-servizz Għożża tul is-sena skolastika li għaddiet.

Is-servizz Għożża joffri għajnuna lil tfajliet fl-età tal-iskola obbligatorja li joħorġu tqal. 17 minn dawn it-tfajliet għandhom 16-il sena, waqt li ħdax għandhom 15-il sena u tlieta għandhom 14-il sena. Sebgħa minn dawn it-tfajliet għadhom jattendu l-iskola.

It-tweġiba parlamentari ngħatat lid-Deputat Laburista Byron Camilleri.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Heritage Malta flimkien mal-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali, ġabu lura Malta pittura prestiġġjuża ta’ Mattia Preti li sal-aħħar tas-seklu 19 kienet fil-Palazz tal-Granmastru l-Belt u mbagħad spiċċat f’kollezzjoni privata l-Istati Uniti….

Qorti

Ingliż ta’ 43 sena, Neil Andrew Bebbington li joqgħod iż-Żebbuġ, Għawdex ingħata sentenza ta’ probation wara li ammetta li fl-2018 kellu fil-pussess tiegħu droga kokaina u kannabis. Huwa kien akkużat…

Qorti

Raġel li sawwat sal-punt li kważi qatel raġel fis-sakra li ħebb għalih barra post tad-divertiment inħeles mill-akkużi fuq bażi li ddefenda ruħu. Shaun Demicoli ġie akkużat li darab gravi lit-Tuneżin…

Lokali

Il-Gvern mistenni jibda l-proċess ta’ għażla ta’ żewġ Prosekuturi Delegati Ewropej biex jingħaqdu fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pobbliku Ewropew (UPPE), li ser ikunu stazzjonati Malta. L-għażla se ssir permezz ta’ sejħa pubblika bil-għan…

Aktar