Santwarju li reġa’ ħa l-ħajja

Is-Santwarju tal-Madonna tas-Samra fil-Ħamrun minbarra li huwa ġawhra storika, huwa wkoll sit sagru li jixhed id-devozzjoni kbira lejn il-Madonna.

Bħal-lum minn dan is-santwarju toħroġ l-vara ta’ Santa Marija li titqies waħda mill-isbaħ opri li ħarġet minn idejn l-Istatwarju Gilormu Dingli fl-1967.

Minn isem il-Madonna s-Samra ħadet isimha ż-żona tal-Ħamrun fejn jiddomina s-Santwarju dedikat lil Santa Marija.

Il-Professur Mangion qal li dan is-Santwarju bi still Biżantin inbena fl-1630. Għall-qalb ħafna d-devoti hija x-xbieha tal-Madonna s-Samra li hija mżejna kif jixraq. Kollox beda bid-devozzjoni li l-fundaturi kellhom lejn il-Madonna ta’ Atoċja.

“Fuq barra hemm viżibili arloġġ tax-xemx u fuq ż-żuntier żewġ kanuni ta’ żmien il-Franċiżi. Minn hawn Dun Ġorġ Preca beda l-ewwel purċiżjoni bil-Bambin Ġesù fl-1921 tant li dan għadu espost ma’ ġenb l-artal. Iż-Żuntier u l-ispazju tal-madwar kienu iservu biex Dun Ġorġ jippriedka fis-sajda Mużewmina.”

Dan is-santwarju għandu preġju ieħor għax huwa mżejjen bir-relikwa ta’ Tereża Nuzzo- li hawnhekk waqfet il-kongregazzjoni tas-Sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesu. Huwa wkoll wieħed mis-santwarji ewlenin dedikat lil Santa Marija tant li jisemma’ fl-Għanja tas-Seba’ Niċeċ li ħarġet mill-pinna tal-Poeta Ġorġ Zammit.

Is-Santwarju reġa’ ħa l-ħajja bil-ħidma tar-Rettur il-Ġdid Fr Andrew Borg. In-nies li tkellmu magħna lkoll faħħru l-ħidma tar-Rettur speċjalment l-eżempju tiegħu fit-tmexxija. Id-dedikazzjoni tal-voluntier ewlieni Twanny Muscat li ilu jieħu ħsieb dani s-Santwarju hija kruċjali biex dan is-Santwarju ta’ kuljum ikun preparat biex jilqa’ d-devoti ta’ Santa Maria speċjalment kull ħmistax tax-xahar.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Jekk hemm aspett li jispikka fuq oħrajn fil-ġrajja tal-mewt ta’ Ġesà hi t-tbatija. Il-knisja parrokkjali tal-Fontana, f’Għawdex, għandha statwa ġdida li tirrappreżenta mument partikulari ta’ tbatija: il-flaġellazzjoni, b’Ġesù marbut ma’…

Teknoloġija

Tnieda fond ta’ żewġ miljun ewro ta’ GO Ventures, immirat lejn kumpaniji żgħar fil-qasam tat-teknoloġija. Fit-tnedija tal-fond, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li biex Malta tibqa’ fuq quddiem tar-rivoluzzjoni diġitali…

Stejjer Umani

Irġiel u nisa b’diżabbiltà llejla ġeddew mument mill-Aħħar Ikla ta’ Ġesù mad-dixxipli tiegħu. Hekk kif il-Knisja Kattolika tat bidu għat-Tridu tal-Għid, iċ-ċelebrazzjoni ewlenija tal-lejla fil-parroċċi tfakkar it-twaqqif tal-Ewkaristija u tinkludi…

Kronaka

Persuna ta’ 63 sena mir-Rumanija ġiet rikoverata wara li ttajret fil-Gżira. Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident fi Triq il-Gżira għall-ħabta tal-5.30 pm. Mill-ewwel stħarriġ ħareġ li l-persuna ntlaqtet minn…

Aktar