Lokali
32 entità joperaw mill-binja tal-Life Sciences Park

Il-Life Sciences Park, binja distintiva ħdejn l-Isptar Mater Dei, qed tilqa’ 32 operatur differenti. Dawn ivarjaw minn kumpaniji tal-farmaċewtika, l-awtorità tal-mediċini, u kumpaniji li jaħdmu fil-qasam diġitali.

Il-Life Sciences Park f’San Ġwann tlesta fl-2014 u minn dakinhar sal-lum minnu joperaw 32 entità. B’kollaborazzjoni mal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks, dan il-post fih kumpaniji li jaħdmu f’oqsma bħal m’huma l-farmaċewtika u fil-qasam diġitali. Fil-qasam tal-farmaċewtika hemm 25 kumpanija joperaw mil-Life Sciences Park u l-Awtorità tal-Mediċini.

Fil-qasam diġitali hemm seba’ kumpaniji li jaħdmu minn dan il-park. Il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona, qal li mill-2013 in-numru ta’ impjegati fil-qasam tal-ICT f’Malta żdied bi 38.7 fil-mija u llum hemm 7,677 impjegat. Qal li li bl-industrija tal-blockchain dawn mistennija jkomplu jiżdiedu.

”Ġejjin kumpaniji kif rajna llum minn pajjiżi differenti, inkluż kumpaniji lokali wkoll li jaħdmu fi spektru ta’ innovazzjoni, riċerka li għandha x’taqsam mal-mediċina, mal-farmaċewtika, imma mhux biss. Għandna wkoll id-digital hub illum…. Għandna niċċa fil-pajjiż li qed juri bl-iktar mod ċar li dan mhuwiex biss hub ta’ eċċellenza lokali imma huwa hub ta’ eċċellenza llum mondjali.”

Il-Ministru Cardona żar żewġ kumpaniji fil-Life Sciences Park: Altaro Software u Alvogen. Altaro Software hi kumpanija lokali li bdiet b’4 ħaddiema u llum timpjega iżjed minn 100. Altaro għandha iżjed minn 40,000 negozju klijent tagħha minn 121 pajjiż fosthom Amazon, Nasa, Microsoft u BBC.

Alvogen hija kumpanija li timmanifattura mediċini ġeneriċi f’iżjed minn 35 suq. Mill-2014 fetħet fergħa f’Malta u żdiedet l-impjegati tagħha b’erba’ darbiet u qed tħaddem 49 persuna.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Sport

Wara s-suċċess tal-atleti Maltin tal-Olimpjadi Speċjali b’rebħ ta’ erbgħin midalja fil-logħob dinji ta’ Marzu li għadda, tissokta ħidmet il-fondazzjoni Marigold biex permezz ta’ din il-pjattaforma tagħti opportunitajiet sportivi lil atleti…

Forzi Armati

Fit-tislima mill-ogħla awtoritajiet lill-monument li jfakkar lil Malta Indipendenti fil-Floriana, dalgħodu spikka s-salut ta’ 21 tir minn kanuni tal-Forzi Armati. Din il-parti taċ-ċerimonja ġibdet l-interess ta’ grupp imdaqqas ta’ Maltin…

Kultura

Il-Main Guard, it-toroq u l-bjar taħt il-Belt u The Fortress Builders huma tliet siti li għaddew f’idejn Heritage Malta, l-aġenzija nazzjonali li tħares il-wirt storiku u kulturali tal-pajjiż. F’konferenza tal-aħbarijiet…

Politika

Malta, permezz tal-ambaxxatur għan-Nazzjonijiet Magħquda, Carmelo Inguanez, qiegħda tippresiedi wħud mis-sessjonijiet tal-74 sessjoni tal-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Magħquda. Dan wara li għall-ewwel darba wara tmintax-il sena, Malta intgħażlet bħala wieħed mill-Viċi…

Aktar