COVID-19
32 l-isptar bil-Covid-19, 3 minnhom fl-ITU

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 30 każ ġdid ta’ Covid-19.

Tħabbar ukoll li fiequ 28, biex b’hekk in-numru ta’ każi attivi tal-Covid issa huwa ta’ 745.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 32 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus, li 3 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

In-numru tal-vittmi baqa’ 446, wara li ma kienx hemm iktar imwiet ta’ persuni pożittivi għall-virus.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 802,798 doża tat-tilqima, li 1,320 kienu boosters.