COVID-19
32 pazjent bil-Covid fl-Isptar Mater Dei, 5 fl-ITU

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li nstabu 50 każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 26 biex il-każijiet attivi issa jammontaw għal 747.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 32 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus b’5 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

In-numru tal-vittmi baqa’ ta’ 449 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet rappurtata ebda mewt ta’ pazjenti li kellhom il-virus.

L-aġġornament tas-sitwazzjoni juri wkoll li sal-bieraħ kienu ngħataw 806,726 doża tat-tilqima li 2,955 minnhom kienu boosters.