Barranin
324 persuna jitilfu ħajjithom kawża tal-għargħar fl-Indja

Fl-Istat ta’ Kerala fl-Indja l-għargħar ħalla mill-anqas 324 persuna mejta bl-awtoritajiet jgħidu li dan kien l-agħar għargħar fl-aħħar mitt sena.

Il-monsoon fl-Indja jibda minn Ġunju bl-iskwadri ta’ salvataġġ qed jissieltu mal-ilmijiet biex isalvaw kemm jista’ jkun nies. S’issa qed jingħad li mal-kwart ta’ miljun persuna jinsabu mingħajr saqaf fuq rashom.

Il-Prim Ministru Narendra Modi mistenni li jżur l-istat biex jara b’għajnejh id-diżastru li kkawżaw l-ilmijiet. Il-Gvern lokali ta’ Kerala qal li ħafna minn dawk li mietu tkaxkru mill-ilmijiet u anke nqabdu taħt it-tiġrif minħabba li f’divesi żoni ċediet l-art. L-awtoritajiet iddikjaraw stat ta’ emerġenza u anke l-ajruport mhux mistenni jibda jopera qabel ġimgħa u nofs oħra.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin wasal fi Vladivostok għall-ewwel taħdidiet mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un. Il-Mexxej Kim Jong Un wasal fil-belt Russa lbieraħ permezz ta’ ferrovija. Il-Gvern Russu qal…

Kurżitajiet

L-istilla ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Portugall Cristiano Ronaldo approfitta mir-rebħ tal-kampjonat mit-tim tiegħu u għall-Għid mar jiċċelebra mas-sieħba tiegħu Georgina fil-Kroazja. Waqt btala ta’ tliet ijiem f’Dubrovnik, spikka l-lussu…

Saħħa

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji. Munira Abdulla kienet…

Barranin

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded lill-gvern Kanadiż bi gwerra jekk ma jiħux lura l-iskart li bagħtu fil-pajjiż. Mal-2,450 tunnellata skart intbagħtet lejn il-Filippini fl-2013 u l-2014 iżda meta sarulha l-ispezzjonijiet,…

Aktar