COVID-19
33 pazjent bil-Covid-19 fl-isptar, 4 fl-ITU

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 50 każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 40 biex il-każijiet attivi issa jammontaw għal 731.

Fl-Isptar Mater Dei hemm 33 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus b’4  minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

In-numru tal-vittmi tela’ għal 449 wara li miet anzjan ta’ 83 sena u anzjana ta’ 84 sena li kellhom il-virus.

L-aġġornament tas-sitwazzjoni juri wkoll li sal-bieraħ kienu ngħataw 805,439 doża tat-tilqima li 2,240 minnhom kienu boosters.