33 xahar ħabs oħra għall-Porporina

Alfred Bugeja magħruf bħala l-Porporina ntbagħat 33 xahar ħabs oħra wara li nstab ħati li flimkien ma’ Clive Agius ta’ 29 sena serqu bosta oġġetti min maħżen u vann f’ Novembru tas-sena 2008.

Min-naħa tiegħu Clive Agius inbtagħat 39 xahar ħabs, 24 xahar ta’ dawn ir-reati u 15-il xahar ta’ reat li kien diġa’ nstab ħati tiegħu u li għalih kien qed jiskonta sentenza sospiża.

Il-Maġistrat Ian Farrugia spjega li Alfred Bugeja ntbagħat 33 xahar ta’ dawn ir-reati minħabba l-fendina penali twila li għandu u minħabba li skont il-liġi jitqies bħala riċediv.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 42 sena minn Ħal Qormi weġġa’ f’inċident bil-gaffa fl-impjant tal-iskart fil-Magħtab. Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident għall-ħabta tat-2.45pm. Fuq il-post marru l-Pulizija u anki membri tal-Protezzjoni Ċivili,…

Avjazzjoni

F’dawn il-jumejn f’Malta qed titlaqqa’ l-konferenza internazzjonali tal-Avjazzjoni msejħa CAPA, li qed tiddiskuti l-isfidi li hemm fis-settur tal-avjazzjoni. Għal din il-konferenza qed jattendu madwar 100 delegat minn madwar id-dinja, fosthom…

Politika

Wara dak żvelat fil-Qorti dwar l-impjieg ta’ Melvin Theuma bħala messaġġier u xufier f’kumpanija tal-gvern, li minnu ħa tliet xhur paga mingħajr qatt ma mar għax-xogħol, il-pulizija fetħet investigazzjoni fuq…

Aktar