Trasport
3,358 barrani talbu l-għajnuna biex imorru lura f’pajjiżhom

Kien hemm 3,358 persuna ta’ nazzjonalitajiet differenti li talbu għajnuna biex  jiġu ripatrijati minħabba s-sitwazzjioni tal-Covid-19.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo qal dan fi tweġiba parlamentari lid-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici.

Il-Ministru Bartolo qal li r-ripatriazzjoni tagħhom saret permezz ta’ koordinament bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-ambaxxati barranin f’Malta.

Permezz ta’ din l-għajnuna, il-persuni ripatrijati ttieħdu fl-ewwel ajruport ċentrali fl-Ewropa minn fejn setgħu jkomplu l-vjaġġ lejn id-destinazzjoni tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar