COVID-19
336 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta – 80 oħra mfejqa

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa nstabu 336 każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta minn 3,572 swab test. Fl-istess waqt 80 persuna oħra fiequ mill-virus.

In-numru ta’ każijiet ġodda tal-lum huwa wieħed rekord.

Iċ-ċifri juru wkoll li sal-bieraħ ingħataw kważi 82,000 tilqima, b’aktar minn 29,000 ruħ ingħataw it-tieni doża tal-vaċċinn kontra l-Covid-19.

Il-Ministeru għas-Saħħa żied jgħid li l-għadd ta’ mwiet ta’ persuni pożittivi għall-Covid żdied bi tlieta oħra. Mara ta’ 61 sena u raġel ta’ 41 sena mietu fl-Isptar Mater Dei waqt li anzjana ta’ 78 sena mietet fid-dar tagħha.