Pulizija
34 uffiċjal fuq pleġġ tal-pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail.

Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin fuq police bail ukoll, waqt li uffiċjal iehor rtira fuq pensjoni. L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Television Malta jinsab infurmat li fil-jiem illi għaddew, is-Sezzjoni tat-Traffiku, l-Ispettur Edmond Cuschieri ġie inkarigat biex imexxi it-taqsima li issa għandha 12-il uffiċjal tal-pulizija ġdid fosthom mara. Is-Sezzjoni tat-Traffiku se tkun qed tirrapporta lill-Assistent Kummissarju Nezren Grixti li huwa nkarigat ukoll mis-Sezzjonijiet tar-Rapid Intervention Unit u tas-Special Intervention Unit. Kelliem għall-korp qal li l-uffiċjali kollha fi ħdan is-Sezzjoni tat-Traffiku se jkunu qegħdin jingħataw it-taħriġ neċessarju, kemm teoretiku kif ukoll prattiku, inkluż minn esperti barranin.

Aħbarijiet Oħra
Konsumatur

Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma qiegħed iħabbar li l-prezz massimu għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur taċ-ċilindru tal-LPG tat-tnax-il kilo kif approvat mir-Regolatur huwa ta’ Euro 15. Il-prezz massimu għall-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur fil-każ…

Reliġjon

Fi knisja mneżża’ minn kull xorta ta’ armar, u nieqsa mill-eluf ta’ reliġjużi li ta’ kull sena f’dawn il-jiem joħonqu l-għadd ta’ knejjes madwar il-gżejjer Maltin bil-għan li jersqu eqreb…

COVID-19

“Il-COVID-19 kważi qatlitni.” Dawn kienu l-ewwel kelmtejn ta’ Matthias Kentzia, żagħżugħ Malti li spiċċa fil-kura intensiva fi Spanja wara li ġie infettat bil-Coronavirus. “Għadni ġej minn ġimagħtejn mitluq ġo sodda…

COVID-19

Matul l-aħħar jiem, l-Awtorità tad-Djar irċeviet numru ta’ talbiet minn sidien li jixtiequ jnaqqsu l-kirja lill-inkwilin matul dan il-perjodu diffiċli b’rabta mal-COVID-19. Fid-dawl ta’ dan, l-Awtorità tad-Djar qed tinforma lill-pubbliku…

Aktar