COVID-19
35 każ ġdid ta’ Covid-19, ifiqu 16-il persuna, ebda mewt rappurtata

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 35 każ ġdid ta’ Covid-19 waqt li fiequ 16-il persuna biex issa l-każijiet attivi huma 280.

Il-każijiet il-ġodda ħarġu minn 1,550 ‘swab test” li tellgħu t-total ta’ testijiet s’issa għal 872,649.

In-numru ta’ persuni li issa ħadu l-virus mindu feġġ f’Marzu 2020 tela’ għal 30,354 waqt li dawk li fiequ telgħu għal 29,658.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 341,909 doża tal-vaċċin b’108,716 minnhom kienu t-tieni doża.