Barranin
35 persuna midruba wara li ajruplan għadda minn żona ta’ turbolenzi fl-arja

Mill-inqas 35 persuna weġgħu fuq titjira tal-Air Canada wara li l-ajruplan għadda minn żona ta’ turbolenzi fl-arja.

L-ajruplan li kellu 284 persuna abbord, kien qed itir minn Vancouver għal Sydney iżda kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza f’Hawaii.

Staff mediku eżamina l-passiġġieri malli niżlu l-art b’35 minnhom isofru minn ġrieħi ħfief.

Passiġġieri li taw il-kummenti tagħhom qalu li nies li dak il-ħin ma kinux marbuta biċ-ċinturin tas-sigurtà dehru jogħlew u jaħbtu rashom sew mas-saqaf tal-ajruplan.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Pulizija f’Kalifornja, fl-Istati Uniti, issejħu fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu biex joffru għajnuna mhux tas-soltu. Ors kbir, li huwa magħruf fiż-żona ta’ Kings Beach bl-isem ta’ T-Shirt, daħal ġo skip biex…

Barranin

Il-Prinċep Andrew tal-Ingilterra ċaħad li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ tfajla ta’ 17-il sena lura fl-2001. L-allegazzjoni qed issir minn Virginia Guiffre, li qalet li kienet iltaqgħet mal-Prinċep f’bar, li żifnet…

Barranin

F’Venezja ħarġet twissija oħra għal għada hekk kif il-livell tal-ilma mistanni jaqbeż il-metru u nof. Tħabbar li l-pagamenti li r-residenti ta’ Venezja jħallsu għad-djar tagħhom se jiġu sospiżi għal sena…

Barranin

Inċident sfortunat ħalla tarbija ta’ sentejn mejta wara li tqaċċat air conditioner mit-8 sular ta’ binja. Omm kienet qed tmexxi lil bintha f’pushchair f’żona residenzjali f’Toronto meta seħħ l-inċident. It-tifla…

Aktar