Saħħa
35,000 persuna jingħataw kura minħabba problemi fit-taħdit

Fil-gżejjer Maltin hawn mal-35,000 persuna li jingħataw kura minħabba problemi fit-taħdit fosthom 600 tifel u tifla. Dr Rita Micallef li tmexxi s-servizzi terapewtiċi fid-Dipartiment tas-Saħħa qalet lil TVM li fl-aħħar snin żdiedu l-każi minħabba l-awtiżmu fit-tfal u d-dimensja fl-anzjani li lkoll jaffettwaw il-komunikazzjoni u l-mod kif jitħaddtu.

Id-Dipartiment tat-Terrapija fil-komunikazzjoni tal-Università ta’ Malta qed ilaqqa’ konferenza ta’ tliet ijiem li għaliha qed jattendu mat-300 persuna minn 27 pajjiż fosthom akkademiċi ta’ reputazzjoni internazzjonali. Dr Rita Micallef, li tmexxi s-servizzi ta’ terapija fil-komunikazzjoni fid-dipartiment tas-saħħa qalet lil TVM li l-professjonisti tad-dipartiment kull sena jaraw mal-35,000 persuna minn tfal sa anzjani li għandhom sfidi biex jitkellmu li jistgħu jkunu mit-twelid jew jiżviluppaw minħabba xi kundizzjoni.

Dr Rita Micallef qal “l-ispeech and language centre, li joffri kura, u ġie launched servizzi speċjalizzati kemm għall-awtiżmu, jew sistema oħra ta’ komunikazzjoni, fl-aspett tal-litterriżmu, temtim, u anki dawk li għamlu cochlear implant”.

Il-Professur Helen Grech, il-Kap tad-Dipartiment tat-Terapija fil-Komunikazzjoni fl-Università ta’ Malta qalet li fil-konferenza l-akkademiċi u l-professjonisti qed jiddiskutu l-avvanżi fil-qasam, bil-għan li s-servizzi li jingħataw ikompli jitjiebu.

Prof Helen Grech qalet “nisperaw li fl-aħħar konferenza, l-aħħar informazzjoni xjentifika li tiġi applikata għal tfal u adulti li għandhom diffikultà biex jikkomunikaw”.

Id-Dipartiment tas-Saħħa joffri s-servizzi għal min ibati minn problemi fit-taħdiet fi 88 klinika fosthom f’ċentri tas-saħħa u servizzi fl-iskejjel Dr Rita Micallef qalet li d-dipartiment jagħmel minn kollox biex jasal għand in-nies, hekk kif il-problemi f’dan il-qasam jistgħu jibdew mit-twelid u anki problemi li jiġu kkawżati minn xi inċidenti li jaffettwaw it-taħdit.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

L-ex direttur sportiv tal-klabb tal-futbol Taljan ta’ Juventus Luciano Moggi huwa eleġibbli li jivvota fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li se ssir Malta. Moggi li għal dawn l-aħħar snin kien qed iżur…

Ambjent

Kruċjali għall-ħajja ta’ kulħadd…u għal Malta hu riżorsa prezzjuż daqs id-deheb! Hawnhekk qed nirreferu għall-ilma. Hu stmat li kull persuna f’Malta tuża mal-110 litri ta’ ilma kuljum. Il-pubbliku jista’ jitgħallem…

Pulizija

Sal-aħħar tas-sena d-dieħla, il-Korp tal-Pulizija għandu jkollu strateġija ta’ trasformazzjoni. F’intervista estensiva mal-Kap Eżekuttiv tal-Pulizija li tixxandar fil-programm DISSETT wara dan il-bulettin, is-Sur Gafa’ qal li d-direzzjoni tat-tiġdid ser isir…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, akkuża lill-Partit Nazzjonalista li ma ppreżentax biżżejjed kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali fi 23 lokalità f’Malta u f’Għawdex bl-għan li jiskoraġixxxi lin-nies milli…

Aktar